Menu

Prawn Fried Rice

Serves 4
Prep Time 5 mins
Cooking 25 mins
Level low

Ingredjenti

  • 250g ross ismar
  • 150g piżelli tal-friża
  • 100g piżelli bil-miżwed (mangetout)
  • 1½ tbsp Rapeseed oil
  • 100g can of Mayor Diced Onions
  • 2 sinniet tewm, imfarrkin
  • Ponta ta' suba' ġinġer, imqatta' fin
  • 150g gambli kbar, ngħejjin
  • 3 bajdiet imħabbtin
  • 2 tsp Sesame Seeds
  • 1 tbsp Low-salt soy sauce
  • ½ tbsp of Pinto’s Pride rice or white wine vinegar
  • 4 basliet ħodor, imqattgħin
Sajjar ir-ross skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett. Għalli borma bl-ilma u ismot iż-żewġ tipi ta' piżelli għal minuta, saffihom u warrabhom flimkien mar-ross. Sadanittant, saħħan iż-żejt f'taġen li ma jwaħħilx fuq nar medju u aqli l-basal għal 10 minuti jew sakemm jieħu l-kulur. Żid it-tewm u l-ġinġer u kompli aqli għal minuta oħra. Itfa' l-piżelli u aqli għal 5 minuti u wara żid ukoll il-gambli u kompli sajjar għal 2 minuti oħra. Itfa' r-ross fit-taġen u ħawwad kollox flimkien. Ressaq kollox lejn naħa waħda tat-taġen. Itfa' l-bajd mħabbat fuq in-naħa l-vojta tat-taġen u ħawwad. Ħallat kollox flimkien, żid iż-żerriegħa tal-ġunġlien, soy sauce u l-ħall. Fl-aħħar itfa' ftit basal aħdar fil-wiċċ.

Comments are closed.