Menu

Stuffat tal-Laħam biz-Zalza tal-Basal

Serves 4
Prep Time 15 mins
Cooking 135 mins
Level low

Ingredjenti

  • 1kg laħam (topside) mingħajr xaħam miżjud
  • 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • 8 karrotti żgħar
  • 1 zokk ta' karfusa, imqatta' fin
  • 200ml inbid abjad
  • 600ml stokk tal-laħam tal-Pinto’s Pride
  • 2 weraq rand
  • 4 basliet
  • Ftit zkuk tas-sagħtar
  • 1 kuċċarina butir
  • 1 kuċċarina zokkor ismar
  • 2 kuċċarini dqiq
Saħħan il-forn f'temperatura ta' 160/C jew 140C bil-fann, gass numru 3. Idlek il-laħam b'kuċċarina żejt, bżar u melħ. Saħħan borma kbira tajba għall-istuffat u sajjar il-laħam għal madwar 10 minuti. Sadanittant, żid 2 kuċċarini żejt f'taġen u aqli l-karrotti u l-karfus għal 10 minuti sakemm jieħdu l-kulur. Tella' l-laħam fi platt, itfa' l-inbid fil-borma u ħallih jagħli għal 2 minuti. Żid issa l-istokk u erġa' poġġi lura l-laħam. Żid ukoll il-karrotti, il-karfus u l-weraq tar-rand. Tgħaddasx ħafna l-karrotti 'l isfel. Għatti u sajjar fil-forn għal sagħtejn. (F'nofs sajran, tista' ddawwar il-laħam.) Sadanittant, aqta' l-basal strixxi rqaq. Saħħan mgħarfa żejt f'taġen u aqli l-basal, is-sagħtar u ftit bżar u melħ. Għattih u sajjar bil-mod għal 20 minuta sakemm jirtab il-basal imma tħallihx jieħu l-kulur. Neħħi l-għatu, għolli n-nar, żid il-butir u z-zokkor u ħalli l-basal jieħu l-kulur billi tħawwad minn ħin għall-ieħor. Neħħi z-zkuk tas-sagħtar, u warrbu għall-ġenb. Il-laħam ikun sar hekk kif jibda jinqata' waħdu. Neħħih mill-borma u aqta' l-ħajt ta' madwaru. Erġa' saħħan it-taġen tal-basal, itfa' d-dqiq u sajjar għal minuta. Ħawwad il-basal maz-zalza tal-laħam fil-borma, sabiex ikollok zalza aktar magħquda. Iċċekkja jekk għandekx bżonn iżżid ftit bżar u melħ. Żid issa l-laħam u l-karrotti lura fil-borma jew qatta' l-laħam u servih għalih mal-karrotti bħala kontorn u xerred iz-zalza fil-wiċċ.

Comments are closed.