Menu

Bajd Misfuq Mgħolli

Serves 4
Prep Time 3 mins
Cooking 4 mins
Level low

Ingredjenti

  • 1 mgħarfa ħall abjad tal-Pinto's Pride
  • Bajd, skont kemm għandek bżonn
Imla kazzola bl-ilma u żid l-ħall tal-Pinto's Pride. Hekk kif l-ilma jiftaħ jagħli, baxxi n-nar u ħallih itektek. Ofsoq il-bajda fi skutella żgħira. Sabiex tiġik perfetta mingħajr ħjut bojod, ofsoq il-bajda f'passatur żgħir u ħalliha toqgħod għal ftit. Itfa' l-bajda bil-mod fl-ilma u sajjar għal 3-4 minuti, sakemm l-abjad tagħha jkun sar. Neħħiha mill-ilma b'mgħarfa mtaqqba u neħħi xi ilma mill-qiegħ b'sarvetta. Tista' żżid aktar minn bajda waħda fil-kazzola sakemm ikollok spazju biżżejjed għal kull waħda.

Comments are closed.