Menu

Tiġieġ Sweet and Sour

Serves 4
Prep Time 30 mins
Cooking 30 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 500g Isdra tat-tiġieġ
  • 150g Ross mgħolli tat-tip long grain
  • 80g pineapple tal-bott, imqattgħa f’biċċiet żgħar
  • 300ml Ilma
  • 3 Mgħaref ħall abjad ta’ Pinto’s Pride
  • ½ Tazza meraq tal-pineapple
  • ½ Mgħarfa Kunserva Three Hills
  • 6 Imgħaref cornflour
  • 1 Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • Bżar mitħun frisk u melħ

 Itfa’ l-cornflour ġo kontenitur fond. Qatta’ l-isdra tat-tiġieġ f’biċċiet żgħar u għaddihom mill-cornflour. Farfar il-cornflour żejjed. Saħħan ftit żejt ġo taġen u qalli malajr il-biċċiet tat-tiġieġ għal madwar 8-10 minuti. Neħħi mit-taġen u poġġihom fuq sarvetta tal-karta biex jinxtorob iż-żejt. Sadanittant, agħmel il-meraq flimkien mal-biċċiet tal-pineapple, il-ħall, il-Kunserva u l-ilma ġo kazzola żgħira u ħawwad tajjeb. Saħħan għal ftit minuti fuq nar moderat. Qiegħed il-biċċiet tat-tiġieġ f’taġen kbir u nadif. Ferra’ z-zalza fuqhom u roxx ftit bżar u melħ. Kompli sajjar fuq nar baxx ħafna għal madwar kwarta. Servi flimkien ma’ ross abjad mgħolli.

Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.