Menu

Pilot Fish in Tomato Sauce

Serves N/A
Prep Time 20 mins
Cooking 35 mins
Level low

Ingredjenti

  • 4 Fanfri
  • 400g Polpa tal-Mayor
  • 300g Basal tal-Mayor
  • 50g Kunserva Three Hills
  • 50g Kappar tal-Mayor
  • Tewm... skont kemm tiggosta
  • Flieli tal-lumi
  • Ftit dqiq
  • Żejt taż-żebbuġa
  • Bżar mitħun frisk u melħ
Il-fanfru hi ħuta tajba ħafna li laħamha hu skur. Jekk il-fanfri użati għal din ir-riċetta jinzertaw kbar, aqsamhom min-nofs. Ikkalkula ħuta għal kull persuna.

Agħmel ftit dqiq fuq platt ċatt u iksi l-ħut bih. Il-ħut irid jinkesa tajjeb. Saħħan ftit żejt ġo taġen kbir u ċatt u qalli l-ħut sakemm jieħu kulur dehbi. Dawru biex jinqela tajjeb minn kull naħa. Iksi platt kbir u ċatt b’karta tal-kċina. Neħħi l-ħut mit-taġen u poġġih fuq il-platt. Żid il-polpa tal-Mayor ġo skutella. Agħmel l-istess bil-basal u t-tewm. Naddaf it-taġen fejn tkun qlejt il-ħut u erġa’ saħħan ftit żejt. Qalli l-basal u t-tewm. Ħawwad il-ħin kollu. Żid il-kunserva u t-tadam ftit wara u ħawwad tajjeb. Baxxi n-nar u kompli sajjar għal madwar 30 minuta. Ħawwad ta’ spiss. Ixgħel il-forn 180°C, gass numru 4. Żid il-kappar malli z-zalza tkun lesta u erġa’ ħawwad. Roxx ftit bżar u ara jekk ikunx hemm bżonn li żżid il-melħ. Qiegħed il-ħut ġo dixx tal-forn u iksih biz-zalza. Sajjar fil-forn għal madwar 40 minuta. Servi l-ħut bil-flieli tal-lumi u ħaxix mgħolli.

Ricetta ta' Anton B Dougall

Comments are closed.