Menu

Penne biz-Zalzett tal-Malti

Serves 2
Prep Time 10 mins
Cooking 35 mins
Level low

Ingredjenti

  • 150g Penne
  • 1 Zalzett Malti, neħħi l-ġilda u qatta '
  • Bott Cherry Tomatoes tal-Mayor
  • Weraq tar-rukola mqatta'
  • Ftit Hot Pepper Sauce ta' Pinto's Pride
  • Sinna tewm imqatta' fiin
  • Nofs bott tal-Mayor basal imqatta’
  • 4 mgħaref Krema tal-Hanini
  • 12 imgħaref inbid abjad jew rose
  • Mgħarfa Żejt taż-Żebbuġa
  • Bżar mitħun frisk
  • Ġibna Niexfa tal-Hanini, mitħuna

Sajjar l-għaġin u segwi l-istruzzjonijiet tat-tisjir fuq il-pakkett tal-għaġin. Neħħi l-ġilda miż-zalzett Malti u qatta. Ġo kazzola, saħħan iż-żejt taż-żebbuġa u sajjar it-tewm u l-basal fuq nar baxx. Żid iz-zalzett u sajjar. Żid it-tadam tal-bott u kompli ħawwad sakemm jsir. Żid ftit qtar tal-Hot Pepper Sauce u l-inbid u kompli sajjar fuq nar baxx għal 20 minuta sakemm il-likwidu jonqos. Neħħi minn fuq in-nar u ħallih jistrieħ għal 5 minuti. Żid il-krema u ħawwad biex tħallat sewwa. Zejjen bi ftit oħra rukola. Servi u zid l-bżar mitħun u l-ġobon maħkuk.

Ricetta ta' Lea Hogg

Comments are closed.