Menu

Beef Wraps with Colored Peppers

Serves 4
Prep Time 5 mins
Cooking 25 mins
Level low

Ingredjenti

  • 4 wraps
  • 200g Ikkapuljat taċ-Canga
  • 200g Bżar ikkulurit
  • ½ bott basal imqatta' tal-Mayor
  • 1 Can Rinsed and drained Mayor Red Kidney Beans
  • 1 Mgħarfa Kunserva Three Hills
  • 1/2 tsp Paprika
  • Żejt taż-żebbuġa
  • Bżar mitħun frisk u melħ
Qaxxar il-basal u qattgħu f’biċċiet żgħar. Saħħan ftit żejt ġo taġen kbir u qalli l-basal bla ma tħallih jiskura. Żid il-kapuljat taċ-ċanga u kompli sajjar għal ftit minuti, filwaqt li tħawwad il-ħin kollu. Baxxi n-nar u kompli sajjar sakemm il-kapuljat ikun sar sew. Żid il-kunserva u l-fażola. Ħawwad tajjeb u roxx il-paprika u ftit bżar u melħ. Erġa’ ħawwad u kompli sajjar. Aħsel il-bżar u qattgħu fi strixxi rqaq. Żidu mat-taħlita tal-kapuljat u kompli sajjar għal madwar 5 minuti oħra, dejjem fuq nar baxx. Saħħan ir-wraps fil-microwave jew f’taġen baxx non-stick fuq in-nar għal ftit sekondi. Poġġi t-taħlita fin-nofs ta’ kull wrap u gerbibha tajjeb.Servi mill-ewwel flimkien ma’ insalata u chips. Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.