Menu

Għaġin bl-Irkotta u l-Pine Nuts

Serves 4
Prep Time 10 mins
Cooking 20 mins
Level low

Ingredjenti

  • 500g għaġin tal-għażla tiegħek
  • 2 ġibniet nexfin tal-Ħanini
  • 100g pine nuts, inkaljati
  • 250g irkotta tal-Ħanini Irkotta
  • 140g bott piżelli tal-Mayor
  • Weraq frisk tan-nagħniegħ, imqatta'
  • 1 mgħarfa stokk tal-ħaxix tal-Pinto’s Pride
  • Bżar għat-togħma
Sajjar l-għaġin u ħallih ftit nej. Warrab 100ml mill-ilma tal-għaġin qabel ma ssaffih. Ħallat flimkien l-irkotta, il-piżelli, il-weraq tan-nagħniegħ, l-istokk, il-bżar u ftit pine nuts fi skutella. Itfa' din it-taħlita fil-borma u żid il-100ml tal-ilma u ħawwad. Żid l-għaġin fil-borma fuq nar baxx u ħawwad kollox flimkien sabiex jisħon l-għaġin. Servih sħun u żid ftit ġibniet maħkukin fil-wiċċ u l-kumplament tal-pine nuts. Riċetta Mill-Kċina ta’ Pawlina

Comments are closed.