Menu

Denb taċ-Ċanga

Serves 2
Prep Time 25 mins
Cooking 100 mins
Level low

Ingredjenti

  • Denb taċ-ċanga mqatta’
  • 250g basal imqatta’ tal-Mayor
  • 200g Polpa tal-Mayor
  • Flixkun birra stout
  • 2 Sinniet tewm
  • 4 msiemer tal-qronfol
  • Kuċċarina ħwawar imħalltin
  • Mgħarfa paprika
  • Zewġ mgħaref dqiq
  • 750ml Stokk taċ-ċanga (magħmul b’mgħarfa u nofs Spoon Stock)
  • Żejt taż-żebbuġa

Saħħan iż-żejt taż-żebbuġa ġo kazzola jew taġen fond u qalli malajr il-basal u t-tewm. Żid id-dqiq. Poġġi l-laħam ġol-forn sakemm jiħmar ftit imma ma jkunx imsajjar. Żid it-tadam imqatta’ fuq il-basal, il-birra, l-imsiemer tal-qronfol, il-mixed spice u l-paprika. Ħawwad kollox. Żid l-istokk, erġa’ ħawwad u sajjar fuq nar baxx. Poġġi z-zalza ġo casserole, oħroġ il-laħam imsajjar minn barra biss, u poġġih fiz-zalza. Sajjar fil-forn għal madwar 100 minuta fuq temperatura baxxa ta’ 170oc.

Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.