Menu

Meatballs fiz-Zalza

Serves 4
Prep Time 45 mins
Cooking 20 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 500g Kapuljat (ċanga u majjal)
  • 150g Frak tal-ħobż
  • 60ml Ħalib
  • Nofs bott tal-Mayor basal imqatta’
  • 2 sinniet tewn mgħaffġin
  • Mgħarfa riegnu (origano)
  • 1 bajda
  • 1 Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • 60g Butir
  • 3 Mgħaref dqiq
  • 500ml* Stokk taċ-ċanga
  • 250ml Krema Tal-Hanini
  • Mgħarfa Pinto's Pride Worcester
  • Kuċċarina mustarda tal-Mayor
  • Bżar mitħun frisk u melħ

Metodu Fi skutella ħallat il-frak tal-ħobż u l-ħalib. Ħalli għal għaxar minuti sakemm il-frak tal-ħobż ikun ixxarrab sew fil-ħalib. F’taġen kbir, saħħan mgħarfa żejt taż-żebbuġa u mgħarfa butir fuq nar medju. Żid il-basal u ħawwad sakemm jirtab ftit għal madwar 5 minuti. Żid it-tewm u r-riegnu u kompli ħawwad għal minuta/żewġ minuti. F’reċipjent kbir, ħallat il-kapuljat, il-basal, it-tewm u r-riegnu u ħawwad tajjeb flimkien. Żid il-bżar u l-melħ gosti tiegħek. Żid il-bajda u ħawwad sew mat-taħlita. Żid il-ħobż u l-ħalib mal-laħam u għaqqad sew flimkien. Uża mgħarfa sabiex tagħmel pulpetti tal-istess daqs. Mir-riċetta toħroġ madwar 20 pulpetta. Erġa’ saħħan it-taġen u żid ftit żejt taż-żebbuġa u butir jekk hemm bżonn. Fuq nar medju, sajjar bir-reqqa l-pulpetti min-naħat kollha u attent li ma jinfetħux. Neħħi l-pulpetti mit-taġen waqt li tagħmel iz-zalza. Żid erba’ mgħaref butir ġot-taġen u kif idub, żid u ħawwad fid-dqiq u sajjar fuq nar baxx sakemm jieħdu l-kulur. Itfa’ bil-mod l-istokk taċ-ċanga u sajjar f’temperatura li żżomm iz-zalza ttektek bil-mod għal madwar 5 minuti. Żid il-krema, il-Worcester u l-mustarda u ħalliha ttektek sakemm it-taħlita tiġi ftit magħquda. Żid il-pulpetti fiz-zalza, għatti u ħalliha ttektek fuq nar baxx għal madwar 10 minuti. Servi bil-patata maxx.

* Magħmul b’ mgħarfa Spoon Stock u 500ml misħun

Recipe Tags

Comments are closed.