Menu

Kejk tal-Milied b’Anqas Xaħam

Serves N/A
Prep Time 50 mins
Cooking 60 mins
Level low

Ingredjenti

  • 300g Taħlita ta’ żbib, sultana, berquq niexef u konfettura
  • dried apricots and candied fruit
  • 225g Dqiq self raising
  • 100g Zokkor ismar
  • 50g Butir
  • 225ml te' jaħraq… tista’ tuża te' li jkollu togħma differenti
  • 80ml Mixture of Brandy and Orange juice
  • 2 Bajdiet
  • Grated grind of Orange Grind of a lemon
  • A teaspoon Mixed Spice
  • Zokkor ismar żejjed... għall-wiċċ
  • Essenza tal-vanilja

Dan il-kejk tal-Milied hu tajjeb speċjalment għal dawk il-persuni li ma jistgħux jieklu ħafna xaħmijiet minħabba xi kundizzjoni medika. Dawn il-persuni għandhom DEJJEM jieħdu l-parir tat-tabib tagħhom dwar l-ikel li jistgħu jieklu.

Qatta’ l-berquq f’biċċiet żgħar u poġġih ġo skutella. Żid il-bqija tal-frott l-ieħor u l-qxur tal-larinġa u lumija. Ferra’ t-te jaħraq u l-meraq tal-larinġ u brandi. Ħawwad tajjeb u għatti bl-istretch and seal. Ħalli t-taħlita toqgħod għal mhux anqas minn 4 sigħat. L-aħjar hu li tħalliha toqgħod tul lejl sħiħ. Ixgħel il-forn 1800 C, gass numru 4. Idlek forma tonda ta’ kejk b’dijametru ta’ 20ċm bil-marġerina u għaddiha ħafif bid-dqiq. Qiegħed il-butir u z-zokkor ġo skutella u ħabbathom tajjeb sakemm it-taħlita ssir kremuża. Ikollok riżultat aħjar jekk tuża hand beater tal-elettriku. Żid il-bajd u erġa’ ħabbat. Żid id-dqiq ftit, ftit filwaqt li tibqa’ tħabbat il-ħin kollu. M’hemmx għalfejn tuża l-hand beater tal-elettriku meta tkun qed iżżid id-dqiq. Żid it-taħlita tal-frott ftit, ftit u ħawwad tajjeb. Ferra’ t-taħlita fil-forma, illixxa l-wiċċ u roxx ftit zokkor ismar fuqu.Aħmi għal madwar siegħa jew sakemm l-iskewer toħroġ nadifa meta ddaħħalha fil-kejk. Oħroġ il-kejk mill-forn u ħallih jiksaħ qabel tneħħih mill-forma.

NOTA: Qabel taħmi l-kejk, qiegħed dixx bl-ilma fil-qiegħ tal-forn. Il-fwar li joħroġ mill-ilma jgħin biex il-kejk jiġi umdu.

Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.