Kejk tal-Lumi (mingħajr ħami)
Serves 6
Prep Time 20 mins
Cooking 5 mins
Level low
Ingredjenti
- 110g gallettini digestive
- 50g butir
- 25g zokkor ismar
- 350g ġobon kremuż (mascarpone)
- 75g zokkor fin (caster sugar)
- 1 qoxra ta' lumija
- 2-3 meraq tal-lumi (madwar 90ml)
Farrak il-gallettini f'borża tal-ikel b'lenbuba jew f'magna tal-ikel. Dewweb il-butir f'kazzola, itfi n-nar u itfa' miegħu z-zokkor l-ismar u l-frak tal-gallettini. Agħmel karta strazza fil-qiegħ ta' dixx tal-kejkijiet ta' 20ċm. Itfa' t-taħlita tal-gallettini fil-qiegħ tad-dixx u kessaħ fil-friġġ sakemm tipprepara l-kumplament.
Ħabbat flimkien il-ġobon, iz-zokkor fin, il-qoxra tal-lumija kif ukoll il-meraq tal-lumi sakemm ikollok taħlita kremuża. Ferrixha fil-wiċċ tad-dixx u kessaħha għal ftit sigħat.