Soppa tal- Patata u l-Kurrat
Serves 4
Prep Time 15 mins
Cooking 25 mins
Level low
Ingredjenti
- 400g kurrat
- 200g Patata
- Bouqet garni
- 800ml stokk tat-tigieg bl-ispoon stock ta Pinto's Pride
- 30g margerina
Aħsel u qatta’ l-kurrat u l-patata f’biċċiet żgħar. F’borma mdaqqsa dewweb il-marġerina u qalli l-kurrat għal madwar 7 minuti. Żid il-patata. Baxxi n-nar u għatti bl-għatu sakemm din tirtab xi ftit mingħajr ma tieħu l-kulur. Żid l-istokk u bouquet garni, u sajjar fuq nar baxx sakemm dawn ikunu lesti. Idħan b‘hand processor u servi sħuna bi ftit tursin fil-wiċċ.
Ricetta ta' Anton B. Dougall