Menu

Xikel tal-Ħaruf

Serves 4
Prep Time 25 mins
Cooking 115 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 4 ixkla tal-ħaruf
  • 200g basal tal-Mayor
  • 200g karrotti
  • 25g Kunserva Three Hills
  • 2 tazzi nbid aħmar
  • 4 werqiet tar-rand
  • Klin
  • Żejt taż-żebbuġa
  • Melħ
  • Bżar sħiħ
  • Tewm, skont kemm tiggosta
Ixgħel il-forn 1900C, gass numru 5. Naddaf l-ixkla, poġġihom fuq dixx tal-forn u roxx ftit klin fuqhom. Sajjar fil-forn sakemm jieħdu kulur ħamrani. Qaxxar t-tewm u qattagħhom f’biċċiet żgħar. Naddaf il-karrotti u qattagħhom ukoll f’biċċiet żgħar. Saħħan ftit żejt ġo taġen u qalli l-basal u t-tewm għal ftit minuti. Ħawwad il-ħin kollu. Baxxi n-nar, żid il-karrotti u ftit klin ieħor u kompli sajjar għal ftit minuti oħra. Żid il-kunserva l-inbid u ftit ilma. Roxx ftit bżar u ħawwad tajjeb. Kompli sajjar għal madwar 5 minuti. Żid ir-rand u ara jekk ikunx hemm bżonn li żżid ftit melħ. Neħħi l-ixkla mid-dixx, poġġihom ġo casserole li jkollha l-għatu u ferra’ z-zalza lesta fuqhom. Sajjar fil-forn għal madwar 90 minuta. Zid ftit ilma fietel jekk tinnota li l-likwidu ikun qed jonqos waqt is-sajran. Tista sservi ma’ ftir ross jew patata-il forn.

Comments are closed.