Menu

Torta tat-Tiġieġ

Serves 4
Prep Time 45 mins
Cooking 40 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 800g Ghaġina
  • 800g Isdra tat-tiġieġ
  • 200g Kurrat
  • 2 imgħaref Kunserva Three Hills
  • 200g Bejken
  • 150g Dqiq
  • 60g Marġerina
  • 600ml stokk tat-tiġieġ
  • 1 bajda, imħabbta
  • Ftit ġulġlien... jekk trid
  • Bżar u melħ

Naddaf il-kurrat u qattgħu f’biċċiet imdaqqsin. Neħħi l-qoxra tal-bejken u qattgħu wkoll f’biċċiet imdaqqsin. Agħmel l-istess bl-isdra tat-tiġieġ. Ixgħel il-forn 1900C, gass numru 5. Dewweb il-marġerina ġo taġen fond u qalli l-bejken u l-kurrat. Ara li l-kurrat ma jinħaraqx. Żid il-biċċiet tat-tiġieġ wara ftit minuti u kompli qalli filwaqt li tħawwad il-ħin kollu. Żid il-Kunserva Three Hills. Baxxi n-nar, żid id-dqiq u ħawwad tajjeb. Żid l-istokk ftit, ftit filwaqt li tkompli tħawwad il-ħin kollu. Roxx ftit bżar u melħ, erġa’ ħawwad u neħħi t-taġen minn fuq in-nar. Ħalli t-taħlita tiksaħ sew. Idlek dixx tat-torti b’dijametru ta’ 23ċm bi FTIT żejt u għaddih ħafif bid-dqiq. Tista’ tiksi l-forma b’karta tal-forn. Jekk se tagħmel hekk, xarrab ftit il-karta tal-forn u agħsarha tajjeb qabel. B’hekk, din tibqa’ f’postha meta tpoġġi l-għaġina fuqha. Roxx ftit dqiq fuq il-mejda tal-kċina, iftaħ nofs l-għaġina u iksi d-dixx tat-torti biha. Imla l-għaġina bit-taħlita KIESĦA. Irranġa x-xfar tat-torta u idlek bil-bajda mħabbta. Iftaħ in-nofs l-ieħor tal-għaġina u iksi l-wiċċ biha. Neħħi l-għaġina żejda li jkun hemm fil-ġnub u idlek il-wiċċ tat-torta bil-bajda mħabbta. Roxx ftit ġulġlien fuqu. Agħmel disinn fix-xfar tat-torta b’furketta. Bl-istess furketta, taqqab il-wiċċ ħalli joħroġ il-fwar. Sajjar fil-forn għal madwar 30-40 minuta. Ħalli t-torta tiksaħ sew qabel toħroġha mill-forma. Servi flimkien ma’ xi ħaxix mgħolli jew insalata. Nota: Tista’ żżid 200g faqqiegħ mat-tiġieġ; dejjem jekk tiggosta.

Riċetta Mill-Kcina ta’ Pawlina Anton B Dougall  

Comments are closed.