Ħaffer u neħħi l-abjad tal-ħobż, mingħajr ma tfarrak il-bziezen. Itfgħu f'kontenitur żgħir u kompli farrak bis-swaba'. Żid il-kaponata, it-tonn u t-tadama. Ħawwad tajjeb u uża din it-taħlita sabiex timla l-bziezen tal-ħobż. Poġġi fuq dixx tal-forn u żid fil-wiċċ il-mozzarella jew il-ġobon li qed tuża fuq kull bezzun. Żejjen biż-żebbuġ u l-kappar u sajjar f'forn sħun sakemm jinħall il-ġobon u tieħu dehra ta' pizza.

Ricetta ta’ Aceline