Menu

Bżar tal-Kulur Mimli tal-Halloween

Serves 4
Prep Time 25 mins
Cooking 35 mins
Level low

Ingredjenti

  • 4 bżar tal-kulur żgħar (taħlita ta' oranġjo, aħmar u isfar)
  • 25g pine nuts
  • 1 mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • ½ bott basal imqatta' tal-Mayor
  • 2 sinniet tewm, mitħunin
  • 1 brunġiela żgħira, imqattgħa biċċiet żgħar
  • 1 bott Quinoa tal-Mayor, lest għall-ikel
  • 2 mgħaref kunserva mill-ħelwa tat-Three Hills
  • Qoxra ta' lumija
  • Ħabaq frisk, imqatta'
Aqta' l-parti ta' fuq tal-bżar (erfagħhom għal wara) u neħħi ż-żerriegħa u naddafhom sew minn ġewwa. B'sikkina żgħira li taqta', ħaffer uċuh tal-Halloween fil-ġnub tal-bżar. Il-partijiet li tneħħi, aqtagħhom biċċiet żgħar u warrabhom. Inkalja l-pine nuts f'taġen għal ftit minuti sakemm jieħdu ftit kulur u warrabhom għall-ġenb. Saħħan iż-żejt fit-taġen u ixgħel il-forn f'temperatura ta' 200C jew 180C bil-fann, gass numru 6. Sajjar il-basal fiż-żejt għal 3 minuti. Żid it-tewm, il-biċċiet iż-żgħar tal-bżar u l-brunġiel u sajjar għal 10 minuti jew sakemm il-ħaxix jirtab. Jekk jixxotta, żid ftit ilma. Itfa' ftit bżar u melħ. Battal bott quinoa u ifirxu b'furketta. Ħallat il-kunserva ma' ftit misħun u żidu mal-quinoa. Saffih u żid il-qoxra tal-lumija, il-ħabaq u l-pine nuts. Imla l-bżar kollu b'din it-taħlita. Poġġi l-parti ta' fuq tal-bżar fil-wiċċ b'toothpicks u poġġihom f'dixx tal-forn. Għattihom bil-foil u sajjar għal 35 minuti. Fl-aħħar 10 minuti, ikxifhom mill-foil sakemm jirtabu u jisħon sew il-mili tagħhom.

Comments are closed.