Menu

Insalata bil-Halloumi Griljat

Serves 2
Prep Time 35 mins
Cooking 2 mins
Level low

Ingredjenti

  • ½ Basla tal-bużbież, imqattgħa rqiq
  • 1 Basla żgħira, imqattgħa fin
  • 1 x 200g Can Mayor Spelt
  • 2 Larinġiet, flieli u mqaxxrin
  • Weraq tal-insalata
  • 200g Dulliegħa mqattgħa
  • 1 Packet cheese Halloumi
  • 2 Mgħaref ħall basmatiku
  • 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • Meraq ta' nofs larinġa u kuċċarina qxur tal-larinġ.
  • Bżar u melħ għat-togħma

Ibda r-riċetta billi tħallat flimkien f'kontenitur il-bużbież, il-basal u l-farru msajjar. F'kontenitur ieħor żgħir, ħallat flimkien il-ħall basmatiku, iż-żejt taż-żebbuġa, il-meraq u l-qxur tal-larinġ u żid ftit bżar u melħ. Żidu mat-taħlita tal-insalata u ħawwad kollox flimkien. Żid il-flieli tal-larinġ, id-dulliegħ u l-weraq tal-insalata u poġġi t-taħlita fil-friġġ. Aqsam il-ġobon f'erba' biċċiet. Żid ftit bżar u melħ u ftit dqiq u aqlih fi ftit żejt għal minuta fuq kull naħa sakemm jieħu l-kulur. Servi kollox flimkien fi platti fondi. Fil-wiċċ żid il-ġobon griljat u ferrex ftit mill-meraq li jkun fadal.

Ricetta ta Aroma Media

Comments are closed.