Menu

Injokki biz-Zalza tat-Tadam u l-Ispinaċi

Serves 4
Prep Time 10 mins
Cooking 10 mins
Level low

Ingredjenti

  • 1 Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • 2 sinniet tewm, imfarrkin
  • 400g bott polpa tat-tadam tal-Mayor
  • 140g mascarpone
  • 500g pakkett injokki
  • 200g pakkett spinaċi żgħir
  • Weraq tal-ħabaq
  • Ġobon Pekorin tal-Ħanini (jew inkella veġetarjan), u biċċiet żgħar, sabiex isservi (jekk trid)
Saħħan iż-żejt f'taġen. Aqli t-tewm sakemm jieħu l-kulur u wara żid il-bott tat-tadam. Żid ftit bżar u melħ u ħallih itektek għal 10 minuti. Żid il-mascarpone u sajjar għal 2 minuti oħra. Sadanittant, għalli l-injokki skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett. Żid l-ispinaċi fl-aħħar minuta tat-tisjir. Saffih u erġa' itfgħu fil-borma. Ħallat iz-zalza mal-injokki u ħawwad sewwa. Servi minnufih mal-weraq tal-ħabaq, il-ġobon u jekk trid xerred ftit biċċiet żgħar tal-Pekorin.

Comments are closed.