Menu

Gibanica Ghawdxija

Serves 4
Prep Time 20 mins
Cooking 40 mins
Level medium

Ingredjenti

  • Strixxi tal-għaġina filo
  • 350g Ġobon stil Grieg
  • 400g Ġbejniet tan-nagħaġ friski, tal-Ħanini
  • 50g Yogurt tal-Ħanini
  • 100ml Ħalib frisk
  • 250ml Ilma bil-gass, kiesaħ
  • 5 Bajdiet
  • Tursin frisk
  • Melh u Bzar
  • 50ml Żejt taż-żebbuġa, Extra Verġni
  • 50g Butir mielaħ
F'kontenitur kbir, itfa' l-ġbejniet friski u farrak il-ġobon il-Grieg u ħallat kollox flimkien. Żid it-tursin, il-bajd imħabbat, il-yogurt, il-ħalib, l-ilma tal-gass u żid il-bżar u l-melħ. Warrab it-taħlita għall-ġenb. Sadanittant, dewweb il-butir u żidu maż-żejt. Poġġi 2 strixxi tal-għaġina f'dixx fond tal-forn. Idlek il-wiċċ tal-għaġina bit-taħlita tal-butir u ż-żejt. Farrak strixxa tal-għaġina u għaddiha mit-taħlita tal-ġobon u l-bajd. Poġġiha fid-dixx u kompli b'dan il-metodu sakemm tgħatti d-dixx kollu. Fil-wiċċ, żid il-kumplament tat-taħlita. Għatti kollox b'2-3 strixxi tal-għaġina u idlikhom bit-taħlita tal-butir u ż-żejt. Sajjar għal madwar 40 minuta f'forn imsaħħan diġa f'temperatura ta' 180°c sakemm tieħu l-kulur.

Riċetta ta' Jon Camilleri (Ch EAT)

Comments are closed.