Menu

Pesto Genovese

Serves N/A
Prep Time mins
Cooking mins
Level low

Ingredjenti

  • 100 g weraq friski u ndaf tal-ħabaq
  • 60g Parmiġġjan midħun frisk
  • 20g Romano midħun frisk
  • 30g Prinjoli
  • 8 Imgħaref żejt taż-żebbuġa extra vergin
  • 3 Sinniet tewm
  • Melħ
  • 40g Butir artab
Poġġi l-ħabaq, żejt, prinjoli, tewm u melħ ġo food processor. Idħan sewwa fuq speed għoli. Meta l-ingredjenti jkunu ndaħnu tajjeb u saru ħaġa waħda; neħħi mill-food processor u qegħdu ġo beiqja. Ftit, ftit ibda ħawwad il-ġobon. Meta tkun żgur li l-ingredjenti jkunu kollha tħalltu sew żid il-butir artab u ħawwad tajjeb. Trid tħawwad b’idejk. Fl-aħħar żid mgħarfa misħun. Ricetta ta' Anton B. Dougall  

Comments are closed.