Patata Maxx il-Forn bit-Tewm
Serves 4
Prep Time 15 mins
Cooking 35 mins
Level low
Ingredjenti
- 1kg patata, maqsuma f'erbgħa
- butir, għall-qali
- 1 sinna tewm, imqattgħa fina
- 140ml krema ħafifa tal-Ħanini, għat-tisjir
- 25g frak tal-ħobż niexef
- 25g ġobon Pekorin tal-Ħanini, maħkuk
- 2 zkuk tas-sagħtar (il-weraq)
Sajjar il-patata f'borma kbira ilma għal 15-il minuta jew sakemm tirtab. Saffi tajjeb. Poġġi l-borma lura fuq in-nar u dewweb ftit butir u sajjar it-tewm għal minuta sakemm jirtab. Żid il-krema tal-Ħanini. Itfa' l-patata lura fil-borma u għaffiġha. Saħħan il-forn f'temperatura ta' 180C bil-fann jew 160C gass numru Itfa' t-taħlita f'dixx tal-forn ta' 20ċm bi 30ċm. Ferrex il-frak tal-ħobż, il-ġobon Pekorin u s-sagħtar fil-wiċċ. Tista' tpoġġiha fil-friġġ u ssajjarha l-għada jew tiffriżaha għal xahar. Sajjar għal kwarta sakemm il-frak tal-ħobż jiġi jqarmeċ u jkun dab il-ġobon. Jekk se ssajjarha dirett mill-friża, sajjar għal siegħa u 10 minuti.