Menu

Fig, Nut & Seed Bread with Hanini Ricotta & Fruit

Serves 16
Prep Time 15 mins
Cooking 75 mins
Level low

Ingredjenti

  • 400ml te iswed, qawwi u jaħraq
  • 100g tin niexef, imqatta’ rqiq
  • 140g żbib
  • 50g ħafur (porridge oat)
  • 200g dqiq ismar, self-raising
  • 1 kuċċarina baking powder
  • 100g ġewż imħallat, u 50g għall-wiċċ
  • 1 tbsp Golden linseed
  • 1 tbsp Sesame seed, plus 2 tsp to sprinkle
  • 25g żerriegħa tal-qargħa ħamra
  • 1 bajda
  • 500g Irkotta tal-Ħanini
  • 1 larinġa jew tuffieħa ħadra, mqatta’ flieli ħoxnin, għal kull persuna
Saħħan il-forn f’temperatura ta’ 170C/150C bil-fann. Ferra’ t-te fi skutella kbira u ħallat miegħu t-tin, iż-żbib u l-ħafur. Ħallihom jixxarrbu. Sadanittant, iksi dixx tal-ħami b’karta strazza. Ħallat flimkien id-dqiq, il-baking powder, il-ġewż u ż-żerriegħa kollha. Ħabbat il-bajda mat-taħlita tal-frott kiesaħ u żid l-ingredjenti nexfin. Itfa’ fid-dixx, u ara li l-wiċċ ikun tal-istess livell u ferrex il-ġewż iż-żejda u ż-żerriegħa tal-ġunġlien. Sajjar għal siegħa u wara għattih bil-foil u kompli sajjar għal kwarta oħra sakemm iddaħħal furketta fiċ-ċentru u toħroġ nadifa. Neħħih mid-dixx imma ħallih bil-karta strazza sakemm jiksaħ. Qattgħu f’biċċiet, idlek bl-irkotta tal-Ħanini u servih mal-frott. Jista’ jinżamm fil-friġġ għal xahar jew friżat imqatta’ biċċiet.

Comments are closed.