Menu

Ġamm tat-Tin

Serves N/A
Prep Time 20 mins
Cooking 20 mins
Level low

Ingredjenti

  • 1kg tin misjur, maqsum f'erbgħa
  • 1 qoxra maħkuka ta' larinġa kbira
  • 400g zokkor
  • 1 meraq ta' lumija u l-biċċiet tal-qoxra sabiex isservi
Poġġi t-tin u 150ml ilma f'kazzola kbira. Ħallih itektek sakemm jibda jbaqbaq għal 5 minuti jew sakemm it-tin ikun irtab u ħareġ il-meraq tiegħu. Żid il-qoxra tal-larinġa, iz-zokkor u l-meraq tal-lumija. Ħallih jagħli waqt li tħawwad kontinwament għal madwar 5-7 minuti. Neħħi xi bżieżaq li jaf jitilgħu fil-wiċċ. Neħħi minn fuq in-nar u ħallih joqgħod għal 10 minuti. Itfa' t-taħlita f'vażetti sterilizzati. Agħlaq bl-għotin u ħallih jiksaħ. Jibqa' tajjeb għal 6 xhur sakemm jinfetaħ u ħmistax fil-friġġ hekk kif jinfetaħ. B'din ir-riċetta timla 2 vażetti ta' 500ml.

Comments are closed.