Menu

Kejkini taċ-Ċikkulata (Molten)

Serves 6
Prep Time 15 mins
Cooking 20 mins
Level low

Ingredjenti

  • 100g butir, u ftit żejjed biex tidlek ir-reċipjenti tal-kejkini
  • 100g ċikkulata skura, imqattgħa
  • 150g zokkor ismar
  • 3 bajdiet kbar
  • ½ kuċċarina essenza tal-vanilla
  • 50g dqiq plain
  • Krema ħafifa tal-Ħanini, sabiex isservi
Saħħan il-forn f'temperatura ta' 200C jew 180C bil- fann/gass numru 6. Idlek 6 reċipjenti żgħar tal-ħadid tal-kejkini u poġġihom f'dixx tal-forn.
Dewweb 100g butir u 100g ċikkulata skura mqattgħa biċċiet banju marija (jew poġġihom fil-microwave għal 30 sekonda) u ħawwad. Ħalli t-taħlita tiksaħ għal kwarta. Żid 150g zokkor ismar u ħallat b'ħabbata tal-elettriku.
Żid 3 bajdiet, waħda waħda u nofs kuċċarina essenza tal-vanilla. Fl-aħħar żid id-dqiq.
Qassam it-taħlita fir-reċipjenti tal-kejkini. Tista' tpoġġihom fil-friġġ jew fil-friża sakemm tkun trid taħmihom. Jistgħu jissajru dirett mill-friża għal 16-il minuta jew aħmihom mal-ewwel għal 10 jew 12-il minuta sakemm l-uċuħ ikunu sodi u fil-qalba tagħhom ikun għadu artab.
Daħħal sikkina bil-mod mad-dawra tar-reċipjent ta' kull kejkina, u poġġihom fil-platti li se sservihom u servi bi ftit krema tal-Ħanini.

Comments are closed.