Menu

Cheesecake bil-Bajd tal-Għid

Serves 10
Prep Time 20 mins
Cooking mins
Level low

Ingredjenti

  • żejt, għad-dixx
  • 200g gallettini digestive
  • 80g butir bla melħ, mdewweb
  • 250g bajd tal-Għid żgħir
  • 400g ġobon artab
  • 150g icing sugar
  • 1 kuċċarina vanilla bean paste
  • 400g krema doppja
Idlek biż-żejt dixx tal-kejkijiet fond 20ċm u poġġi karta strazza fil-qiegħ. Itfa' l-gallettini ġo borża tal-plastik jew fl-iskutella tal-mixer u kissirhom sew. Ħallat il-gallettini mal-butir mdewweb u itfa' din it-taħlita fil-qiegħ tad-dixx. Kessaħ fil-friġġ għal 30 minuta. Farrak nofs iċ-ċikkulata. Ħawwad flimkien il-ġobon artab mal-icing sugar u l-vanilla b'ħabbata tal-elettriku sakemm jingħaqad kollox. Naddaf il-ħabbata u tella' l-krema doppja fi skutella oħra. Itfa' l-krema doppja mat-taħlita tal-ġobon u żid iċ-ċikkulata li farrakt. Ferrex tajjeb din it-taħlita fuq il-wiċċ tal-gallettini fid-dixx. Poġġiha lejl fil-friġġ. Il-ġurnata ta' wara, oħroġ il-kejk mid-dixx (jaf ikollok bżonn iddawwar sikkina mal-ġnub tad-dixx) u żejjen il-wiċċ bil-kumplament tal-bajd tal-Għid iż-żgħar.

Comments are closed.