Menu

Ross bit-Tadam Kremuż

Serves 4
Prep Time 5 mins
Cooking 35 mins
Level low

Ingredjenti

  • 400g tadam tal-bott tal-Mayor
  • 1ltr stokk tal-ħaxix tal-Pinto’s Pride
  • Ftit butir
  • 1 mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • ½ nofs bott basal imqatta' tal-Mayor
  • 2 sinniet tewm, imqattgħin fini
  • 1 zokk klin, imqatta' fin
  • 250g ross (għar-risotto)
  • 300g tadam ċirasa (cherry tomatoes), maqsum min-nofs
  • Ħabaq frisk
  • 4 mgħaref ġobon Pekorin tal-Ħanini, maħkuk
Ħawwad flimkien iz-zalza tat-tadam ma' nofs l-istokk ġo food processor. Itfa' t-taħlita f'kazzola mal-kumplament tal-istokk u ħallih jagħli bil-mod fuq nar baxx. Sadanittant, itfa' l-butir u ż-żejt fil-qiegħ ta' kazzola kbira u saħħan sakemm jinħall il-butir. Żid il-basal u sajjar għal 3 minuti. Itfa' t-tewm u l-klin u kompli sajjar għal minuta oħra. Żid ir-ross u sajjar għal minuta waqt li tħawwad. Ibda żid l-istokk u z-zalza tat-tadam ftit ftit. Ħalli r-ross isir u ibqa' ħawwad u erġa' żid l-istokk hekk kif jinxtorob ta' qabel. Hekk kif tkun żidt nofs l-istokk, żid it-tadam ċirasa. Wara 20-25 minuta, ir-ross suppost ikun beda jsir u jkun kremuż, it-tadam ċirasa jkun irtab u l-istokk ikun intuża kollu. Għattih u ħallih għal minuta. Itfa' l-ħabaq u servih bi ftit ġobon maħkuk u ftit bżar.

Comments are closed.