Menu

Għaġin bil-Ħabaq u Kaboċċa Mberfla (Kale)

Serves 4
Prep Time 10 mins
Cooking 25 mins
Level low

Ingredjenti

  • 1 mgħarfa żejt
  • 200g basal tal-Mayor
  • 300g kaboċċa mberfla (kale)
  • 300g għaġin ismar (penne)
  • 4 mgħaref ġobon kremuż bix-xaħam imnaqqas
  • 4 mgħaref pesto tal-ħabaq tal-Mayor
Sajjar il-basal għal 5 minuti sakemm jieħu l-kulur. Żid il-kaboċċa u 100ml ilma, għatti u sajjar għal 5 minuti oħra, jew sakemm jinxtorob l-ilma tal-kaboċċa. Sajjar l-għaġin skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett. Saffih, u erfa' ftit ilma minn tal-għaġin. Żid l-għaġin mat-taħlita tal-basal, il-ġobon u l-ħabaq u żid ftit mill-ilma li tkun erfajt qabel. Itfa' ftit bżar u melħ skont il-bżonn.

Comments are closed.