Menu

Ravjul bil-Krema tal-Faqqiegħ u l-Bejken

Serves 1
Prep Time 5 mins
Cooking 15 mins
Level low

Ingredjenti

  • 125 grams Divini Ricotta-Filled Ravioli
  • 1 kuċċarina żejt taż-żebbuġa
  • 1 biċċa bejken imqatta'
  • 1/2 tazza faqqiegħ imqatta' tal-Mayor
  • Bżar sħiħ
  • 50 ml krema tal-Ħanini
  • 2 kuċċarini ġobon pekorin maħkuk tal-Ħanini
  • 2 mgħaref kurrat frisk, imqatta'
Sajjar ir-ravjul tal-irkotta tad-Divini skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett. Saffih u poġġi fil-ġenb. Saħħan iż-żejt f'taġen fuq nar medju-għoli. Żid il-biċċiet tal-bejken u sajjar għal 2-3 minuti jew sakemm jieħu l-kulur. Żid il-faqqiegħ u sajjar għal 2-3 minuti oħra. Żid il-bżar u l-krema u sajjar għal 2-3 minuti u ħawwad kollox flimkien. Ferrex il-ġobon maħkuk u ħawwad sew. Żid issa r-ravjul fiz-zalza u ħawwad kollox. Jekk iz-zalza tiġu magħquda, itfa' ftit misħun jew ftit stokk tat-tiġieġ. Servi r-ravjul bi ftit kurrat frisk fil-wiċċ.

Comments are closed.