Muffins bil-Bulubif u l-Faqqiegħ
Serves 5
Prep Time 10 mins
Cooking 20 mins
Level low
Ingredjenti
- 340g bulubif
- 2 Bajdiet
- 1 small can Mayor Sliced Mushrooms, chopped
- 100g ġobon Pekorin, imqatta' fin
- 6 tadam ċirasa, imqattgħin
- 1 tbs Three Hills Kunserva (tomato paste)
- 4 Sinniet tewm, imqattgħin
- 2 Mgħaref butir
- 140g bott piżelli tal-Mayor
- Bżar għat-togħma
Ħawwad flimkien il-bulubif u l-bajd fi skutella. Imla 10 forom tal-muffins bit-taħlita. Itfa' l-butir u l-kunserva f'taġen u aqli t-tewm, il-faqqiegħ, il-piżelli u t-tadam għal 5 minuti. Kompli imla l-forom b'din it-taħlita u roxx ftit bżar. Sajjar f'temperatura ta' 180C għal madwar kwarta. Oħroġhom mill-forn, żid il-ġobon fil-wiċċ u sajjar għal 5 minuti oħra, Servihom ma' kontorn li tiggosta. Riċetta mir-Riċetti ta’ Pawlina