Menu

Kari tal-Ħut u l-Coconut

Serves 4
Prep Time 15 mins
Cooking 15 mins
Level low

Ingredjenti

  • 1 mgħaref żejt
  • ½ nofs bott basal imqatta' tal-Mayor
  • Biċċa ġinġer frisk, maħkuka fina
  • 3 sinniet tewm, imfarrkin
  • 1 kuċċarina paste tal-gambli
  • 1 felfel aħmar, imqatta’ rqiq (mingħajr iż-żerriegħa jekk ma tiggostahx jaħraq ħafna)
  • 2 zkuk tal-lemongrass, maqsumin min-nofs u mgħoddijin b'lenbuba
  • 1 mgħarfa trab tal-kari
  • 1 kuċċarina zokkor ismar
  • Ftit kosbor, biz-zkuk mqattgħin fini
  • 400g bott ħalib tal-coconut tal-Pinto’s Pride
  • 450g flett tal-merluzz mingħajr ġilda, maqtugħ biċċiet kbar
  • 220g pakkett gambli tal-friża
  • 1 lumija ħadra, maqsuma min-nofs
  • Ross imsajjar, biex isservi
Saħħan iż-żejt f’taġen kbir bil-għatu u aqli l-basla għal 5 minuti. Għolli ftit in-nar u żid il-ġinġer, it-tewm u l-paste tal-gambli, il-felfel u l-lemongrass. Sajjar għal 2 minuti. Żid it-trab tal-kari u z-zokkor u kompli ħawwad. Hekk kif iz-zokkor jibda jdub u kollox jibda jingħaqad flimkien, żid iz-zkuk tal-kosbor, il-ħalib u 2 mgħaref ilma. Ħallih itektek sakemm jiftaħ jagħli. Żid il-ħut maz-zalza, il-gambli u agħsar nofs lumija. Għatti t-taġen u ħallih itektek għal 5 minuti oħra jew sakemm ikun sar il-ħut u l-gambli jkunu ħadu l-kulur. Ara jekk għandekx bżonn iżżid ftit bżar u melħ u jekk trid tista’ tagħsar iżjed lumi maz-zalza. Ferrex ftit weraq tal-kosbor u servi mar-ross.

Comments are closed.