Menu

Kejk bil-Jogurt, Ċitru u Lewż

Serves 12
Prep Time 15 mins
Cooking 45 mins
Level low

Ingredjenti

  • 165g butir, u ftit żejda għad-dixx
  • 200g zokkor fin (caster) u 2 mgħaref żejda
  • 150g dqiq self-raising
  • 100g intrita
  • 3 bajdiet
  • 75g jogurt naturali tal-Ħanini, u 2 mgħaref żejda
  • 1 lumija kbira
  • 1 larinġa
  • 100g icing sugar
  • 15g biċċiet tal-lewż, inkaljat
Dewweb il-butir f'kazzola. Neħħih minn fuq in-nar u ħallik jiksaħ ftit. Sadanittant, dellek bil-butir dixx tal-kejkijiet ta' 23ċm u ifrex karta strazza. Saħħan il-forn f'temperatura ta' 180C jew160C bil-fann/gass numru 4. Ħallat flimkien il-200g zokkor, id-dqiq u l-intrita fi skutella kbira. Ħabbat il-bajd mal-jogurt fil-butir li tkun dewwibt qabel, u żid kollox fl-iskutella tat-taħlita l-oħra. Żid il-qxur tal-lumija u tal-larinġa. Ħawwad kollox b'laqqata (spatula) u ferra' t-taħlita fid-dixx u aħmi fuq l-ixkaffa tan-nofs tal-forn għal 40 minuta. Aqta' ftit flieli tal-lumija u tal-larinġa u agħsar il-kumplament tal-meraq f'kazzola (madwar 6 mgħaref b'kollox). Żid żewġ mgħaref zokkor u l-biċċiet tal-frott. Ħallih jagħli u sajjar għal 5-10 minuti, jew sakemm jinxtorob ftit il-meraq u jkun irtab il-frott. Ħallih jiksaħ. Neħħi l-biċċiet tal-frott u ħallihom jinxfu. Daħħal furketta f'nofs il-kejk u jekk toħroġ nadifa l-kejk ikun lest. Jekk le, aħmi għal 5-10 minuti oħra u erġa' ċċekkjah. Ħallih jiksaħ fid-dixx għal 5 minuti u xerred il-meraq taċ-ċitru. Ħallih jiksaħ għal 10 minuti oħra u neħħih mid-dixx. Jekk tixtieq tiffriżah, ħallih jiksaħ għal kollox u jibqa' tajjeb għal madwar tliet xhur. Ħallat iż-żewġ mgħaref żejda tal-jogurt mal-icing u xerrdu fin-nofs tal-kejk u bin-naħa ta' wara ta' mgħarfa mexxih sat-truf. Ferrex il-biċċiet tal-lewż u żejjen bil-biċċiet tal-frott. Servih sħun jew ħallih jiksaħ għal kollox. Jibqa' tajjeb sa ħamest ijiem.

Comments are closed.