Crumble tal-Milied
Serves 6
Prep Time 25 mins
Cooking 40 mins
Level low
Ingredjenti
- 1kg tuffieħ, imqaxxar u mqatta'
- 150g cranberries friżati
- 1 kuċċarina kannella mitħun
- ½ kuċċarina mixed spice
- 75g zokkor fin (caster sugar)
- Għall-crumble
- 125g dqiq
- 100g butir mhux mielaħ, imqatta' f'dadi
- 50g zokkor abjad fin
- ½ kuċċarina mixed spice
Saħħan il-forn f'temperatura ta' 200C jew 180C bil-fann/gass numru 6. Itfa' t-tuffieħ, il-cranberries, l-ispices u z-zokkor f'dixx tal-forn kwadru ta' 22ċm u ħallat kollox flimkien. Għall-crumble, ħallat tajjeb id-dqiq mal-butir b'subgħajk sakemm it-taħlita tiġi qisha frak tal-ħobż u jkollok konsistenza tajba. Itfa' z-zokkor u l-mixed spice. Ifrixha ndaqs fuq is-saff tal-frott u aħmi għal 35-40 minuta sakemm tieħu l-kulur u tibda tbaqbaq fit-truf. Ħalliha tiksaħ ftit u serviha sħuna.