Menu

Kejk Taċ-Ċikkulata bil-Ganache

Serves N/A
Prep Time 40 mins
Cooking 120 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 4 Larinġiet kbar
  • Gelatina
  • 250g butir (mhux minn gol-frigg)
  • 300g Caster sugar
  • 4 Bajdiet
  • 100g yogurt abjad full fat
  • 300g dqiq plain
  • 2 tsp Baking powder
  • Qoxra ta 4 laringiet kbar
  • 300ml Double cream
  • 200g Cikkulata
  • 100g ċikkulata skura
  • 400g Gamm tal-berquq
  • Qoxra ta laringa
Għall-‘jelly’ idlek dixx tond tal-kejkijiet ta’ madwar 20cm u iksih bil-cling film. Qaxxar 4 larinġiet. Il-qoxra żommha għal aktar tard. Agħsar il-larinġ u poġġi l-meraq f’kazzola mdaqqsa. Ifta’ z-zokkor mal-meraq tal-larinġ u poġġi l-kazzola fuq nar baxx ħalli z-zokkor idub. Sadanittant, poġġi l-ġelatina fl-ilma kiesaħ għal ftit minuti sakemm tirtab. Neħħiha mill-ilma, agħsarha ftit u itfagħha mal-meraq tal-larinġ u z-zokkor fuq in-nar. Ħawwad sewwa ħalli ddub. Ferra’ din it-taħlita fid-dixx tal-kejk u ħallih joqgħod għal mill-inqas 4 sigħat jew saħansitra mil-lejl ta’ qabel. Saħħan il-forn fuq 140 - 160 grad u iksi dixx tal-kejkijiet tond ta’ madwar 23cm bil-carta forno. Ifta’ l-butir, zokkor, il-bajd, il-yogurt, dqiq u l-baking powder ġo bowl kbir u ħawwad b’whisker tal-elettriku sakemm ikollok taħlita ratba. Ifta’ t-taħlita fid-dixx u llixxa l-wiċċ tagħha. Aħmi f’nofs il-forn għal madwar 55 minuta, jew sakemm meta ddaħħal sikkina fil-kejk toħroġ nadifa. Ħallih jiksaħ fid-dixx għal madwar 15-il minuta, imbagħad poġġih fuq gradilja tal-kejkijiet u ħallih jiksaħ għal kollox. Għal-ganache, saħħan il-krema f’kazzola żgħira sakemm tiġi taħraq. Itfa’ ċ-ċikkulata fil-krema, ħalliha għal xi 10 minuti u ħawwad sewwa. Issa suppost għandek taħlita ratba ta’ sauce taċ-ċikkulata. Ħalliha toqgħod sakemm il-ganache tiksaħ u tagħqad ftit. Issa biex nagħmlu l-kejk, poġġih fuq stand tal-kejkijiet u ċċattja t-truf billi taqta’ barra sabiex jiġi lixx. Saħħan il-ġamm tal-berquq fil-microwave sakemm jinħall sewwa. Idlek il-wiċċ tal-kejk bil-ġamm billi tuża pinzell, u ifrex il-ganache taċ-ċikkulata bil-palette. Ħalli ċ-ċikkulata tiżżerżaq ftit mit-truf tal-kejk għal dehra isbaħ. Sebbaħ b’qoxra ta’ larinġa maħkuka u servi mill-ewwel.  

Comments are closed.