Menu

Dipp tal-Favetta u c- Cicri

Serves 6
Prep Time 10 mins
Cooking mins
Level low

Ingredjenti

  • Pakkett favetta
  • 1 Bott piżelli tal-Mayor
  • 3 Tadam żgħir
  • 50g Zebbuġ aħdar tal-Mayor
  • Ftit nagħniegħ frisk
  • Meraq ta’ lumija
  • 50ml Zejt taż-żebbuġa
  • Ftit rummien
Xarrab il-favetta minn lejl qabel. Ibdel l-ilma tal-favetta u għalliha f’ħafna ilma. Meta tkun irtabet sewwa poġġiha ġo food processor. Warrab ftit ċiċri sħaħ u l-kumplament żidhom mal-favetta. Idħan kollox. Żid ftit żejt taż-żebbuġa u meraq tal-lumi, u kompli idħan. Poġġi go reċipjent u żejjen il-wiċċ bin-nagħniegħ, żebbuġ, tadam żgħir, ċiċri u rummien. Servi bil-ħobż u/jew galletti. Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.