Menu

Chicken Stroganoff

Serves 4
Prep Time 15 mins
Cooking 30 mins
Level low

Ingredjenti

  • 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • 4 sdieri tat-tiġieġ, mingħajr ġilda, maqtugħin f'biċċiet
  • 195g bott basal imqatta' tal-Mayor
  • 4 sinniet tewm, mitħunin
  • 1 mgħarfa paprika ħelwa
  • 400ml stokk tat-tiġieġ tal-Pinto’s Pride
  • 4 kuċċarini mustarda tal-Mayor
  • 2 mgħaref Worcester tal-Pinto's PridePride
  • 200g krema qarsa jew crème fraiche
  • tursin, imqatta'
  • ross, patata maxx, jew għaġin, sabiex isservi
Saħħan nofs iż-żejt f'taġen u aqli l-biċċiet tat-tiġieġ fuq nar medju, billi tħawwad sikwit sakemm jieħdu l-kulur. Itfa' ftit bżar u melħ u poġġi t-tiġieġ fi platt. Saħħan il-kumplament taż-żejt u baxxi n-nar. Aqli l-basal għal 2 minuti u żid it-tewm u l-paprika. Aqli għal minuta oħra u wara itfa' l-istokk, żid il-mustarda u l-Worcester. Itfa' issa t-tiġieġ u ħallih itektek għal 5-6 minuti sakemm it-tiġieġ ikun sar għal kollox. Fuq nar baxx, żid issa l-krema qarsa sabiex tgħaqqad ftit iz-zalza. Ferrex it-tursin fil-wiċċ u servih jew mar-ross, jew mal-patata maxx jew mal-għaġin.

Comments are closed.