Menu

Tiġieġa fl-Inbid Aħmar

Serves 4
Prep Time 30 mins
Cooking 100 mins
Level low

Ingredjenti

  • Tiġieġa ta’ madwar 1¼kg
  • 400g Polpa tal-Mayor
  • 400g Basal tal-Mayor
  • 300g Faqqiegħ żgħir jew mqatta’ f’biċċiet żgħar
  • 25g Kunserva Three Hills
  • 3 Tazzi nbid aħmar
  • 2 Tazzi ilma
  • Bżaru aħdar imqatta’
  • Tursin imqatta’ rqiq
  • 2 Kuċċarini taħlita ta’ ħwawar tal-gosti tiegħek
  • Werqa randa
  • Dqiq
  • Żejt taż-żebbuġa
  • Bżar u melħ

Qaxxar it-tiġieġa neħħilha x-xaħam u aqsamha fi 8 biċċiet. Roxx ftit bżar u melħ u għaddiha mid-dqiq. Ixgħel il-forn 1800C, gass numru 4. Saħħan ftit żejt f’taġen u aqli l-biċċiet tat-tieġieġa sakemm isiru ħomor. Mhux importanti li jissajru kompletament. Poġġihom f’casserole. Qalli l-basal u l-faqqiegħ għal ftit minuti fl-istess taġen. Żid il-bżaru u lkompli qalli filwaqt li tħawwad il-ħin kollu. Żid il-kunserva, il-polpa, il-werqa randa u t-taħlita ta’ ħwawar. Ħawwad tajjeb. Żid l-inbid, l-ilma. Għalli, baxxi ftit in-nar u kompli sajjar għal 10 minuti. Ferra’ din iz-zalza fuq il-biċċiet tat-tiġieġa u sajjar fil-forn għal madwar siegħa u nofs. Ferrex it-tursin fil-wiċċ u servi. Żid ftit żebbuġ iswed fil wiċċ.

Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.