Menu

Cacio & Pepe

Serves 2
Prep Time 5 mins
Cooking 10 mins
Level low

Ingredjenti

  • 200g spagetti
  • 25g butir
  • 2 kuċċarini bżar iswed mis-sħiħ jew mitħun
  • 50g ġobon Pekorin tal-Ħanini, maħkuk
Sajjar l-għaġin żewġ minuti inqas minn kif indikat fuq l-istruzzjonijiet, f'ilma mielaħ u jagħli. Sadanittant, dewweb il-butir f'taġen fuq nar baxx, żid il-bżar u sajjar għal ftit minuti. Saffi l-għaġin u żomm 200ml ilma minn tal-għaġin. Itfa' l-għaġin fit-taġen flimkien ma' 100ml mill-ilma li erfajt u ħawwad kollox flimkien. Ferrex il-ġobon mingħajr ma tħawwad - stenna sakemm il-ġobon ikun inħall għal madwar 30 sekonda. Kif jinħall, ħawwad kollox flimkien. Dan jgħin sabiex ikollok taħlita kremuża indaqs minn kull naħa. Jekk it-taħlita tiġi magħquda ħafna, żid ftit ieħor mill-ilma tal-għaġin. Servi minnufih b'ammont sew ta' bżar fil-wiċċ.

Comments are closed.