Kusksu
Serves 4
Prep Time 15 mins
Cooking 60 mins
Level low
Ingredjenti
- 500g ful imqaxxar
- 500g fjuri tal-pastard
- 1 bott basal imqatta' tal-Mayor
- 2 karrotti, imqaxxrin u mqattgħin
- 2 mgħaref kunserva tat-Three Hills
- 4 sinniet tewm imqattgħin
- 1 bott piżelli miż-żgħar tal-Mayor
- 3 patatiet, imqaxxrin u mqattgħin dadi
- 4 ġibniet friski tal-Ħanini
- 4 bajdiet
- 1 litru ilma
- Bżar u melħ
F'borma kbira, itfa' l-basal, it-tewm u l-kunserva u sajjar għal 2 minuti. Wara, żid l-ingredjenti li jkun fadal minbarra l-bajd u l-ġibniet. Għatti u ħallih itektek għal siegħa. Ofsoq il-bajd fi skutella żgħira u żidu bil-mod fil-wiċċ tas-soppa, waħda wara l-oħra. Żid il-ġibniet u kompli sajjar. Issajjarx il-ġibniet iżjed minn 2 minuti. Servih sħun mal-ħobż tal-Malti