Menu

Ħobż f'Erba' Passi Faċli

Serves 6
Prep Time 15 mins
Cooking 35 mins
Level low

Ingredjenti

  • 500g dqiq abjad jew ismar tal-ħobż
  • 7g pakkett ħmira
  • 1 kuċċarina melħ
  • 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • 1 mgħarfa għasel
  • Itfa' d-dqiq, il-ħmira u l-melħ fi skutella kbira u ħallat kollox flimkien b'idejk. Ħallat flimkien 300ml ilma fietel maż-żejt u l-għasel u żidhom mat-taħlita tad-dqiq sabiex tagħmel għaġina ratba.
  • Itfa' ftit dqiq fuq il-wiċċ tal-mejda u agħġinha għal 5 minuti sakemm ma tibqax twaħħal. Jekk ikun hemm bżonn, żid ftit oħra dqiq. Idlek biż-żejt dixx tal-kexxun ta' 900g u poġġi l-għaġina fih.
  • Għatti d-dixx u ħalli l-għaġina togħla biżżejjed li timla d-dixx għal madwar siegħa. Ara li l-għaġina ma terġax titla' xħin tagħfasha b'subgħajk.
  • Saħħan il-forn f'temperatura ta' 200C bil-fann jew 180C gass numru 6. Agħmel diversi qatgħat b'sikkina fil-wiċċ tal-ħobż u aħmi għal 30-35 minuta sakemm il-ħobż jogħla u jieħu l-kulur. Oħorġu mid-dixx sabiex tara jekk sarx sew mill-qiegħ. Ħallih jiksaħ.

Comments are closed.