Menu

Bouchées

Serves N/A
Prep Time mins
Cooking mins
Level low

Dawn huma l-istess bħal vol au vent; iżda żgħar ħafna. Billi jridu jkunu magħmula minn għaġina ħafifa ħafna, trid ttintuża bilfors l-għaġina sfoll. Il-kliem vol au vent ifissier tir mar-riħ. Għalhekk iridu jkunu dejjem magħmulin minn din it-tip ta’ għaġina.

Mili għal Bouchées Ghal Parties

L-aħjar ħaġa li tagħmel hu li tipprepara taħlita waħda; imbagħad tqassamha ġo bwieqi differenti. Ġo kull bieqja tista żżid ingredjenti u ħwawar differenti u b’hekk ikollok mili b’ħafna togħmiet. Tinsiex li ma tridx timlihom ħafna. Dan għaliex billi jittieklu bl-idejn, meta tigdimhom l-mili joħroġ kollu.

Kif tagħmel it-taħlita bażika

Qiegħed pakett ġobon artab (cream cheese) ġo skutella. Miegħu żid ftit krema Creamylight tal-Hanini, żewġ bajdiet iebsin u roxx ftit bżar u melħ. Ħawwad tajjeb sakemm l-ingredjenti jitħalltu tajjeb.

Dawn huma ftit mill-ingredjenti li tista żżid biex ikollok togħmiet differenti:

Tadam: Qaxxar u qatta ħafna tadam f’biċċiet żgħar. Żidhom mat-taħlita bażika, flimkien ma’ ftit mustarda. Ħawwad tajjeb. Imla l-bouchées bi ftit minn din it-taħlita u biċċiet tat-tadam fil-wiċċ.

Gambli: Żid ftit lumi magħsur mat-taħlita bażika. Ħawwad tajjeb. Imla l-bouchées bi ftit minn din it-taħlita u gambli mqatta fil-wiċċ. Żejjen b’biċċa lumija. Jekk tkun se tuża gambli tal-friża trid taqra sew u tagħmel eżatt kif ikollok miktub fuq il-borża.

Salamun: Imla l-bouchées bi ftit mit-taħlita bażika. Żejjen bis-salamun iffumigat imqatta f’biċċiet żgħar. Żejjen bil-biċċiet tal-lumi u ftit caviar.

Tuna: Qattar iż-żejt mit-tonn. Żidu mat-taħlita bażika, flimkien ma’ ftit Tabasco u kappar imqatta żgħir. Ħawwad tajjeb. Imla l-bouchées bi ftit minn din it-taħlita.

Faqqiegħ: Qatta l-faqqiegħ f’biċċiet żgħar Saħħan ftit butir ġo taġen u qalli l-faqqiegħ għal ftit ħin. Ħallih jiksaħ. Żidu mat-taħlita bażika, flimkien ma’ ftit tursin imqatta żgħir. Ħawwad tajjeb. Imla l-bouchées bi ftit minn din it-taħlita.

Tiġieġ: Sajjar it-tiġieġ u qattgħu f’biċċiet żgħar ħafna. Żidhom mat-taħlita bażika, flimkien ma’ ftit ketchup. Ħawwad tajjeb. Imla l-bouchées bi ftit minn din it-taħlita.

Comments are closed.