Menu

Dipp tal-Avocado

Serves 6
Prep Time 10 mins
Cooking mins
Level low

Ingredjenti

  • 2 Avocado rotob
  • 1 Bott cicri tal-Mayor
  • 100ml Żejt taż-żebbuġa
  • Meraq ta nofs lumija
  • Salvja friska
  • Kwart ta kuccarina paprika
  • Bżar u melħ għat-togħma

Qaxxar l-avocado, aqsamhom u neħħi l-għadmar. Saffi ċ-ċiċri mill-ilma. Warrab ftit ċiċri sħaħ u l-kumplament poġġihom ġo food processor mal-avocado. Idħan kollox. Żid ftit żejt taż-żebbuġa, il-meraq tal-lumi, ftit bżar u melħ, u kompli idħan ftit ieħor. Poġġi f’reċipjent, żejjen biċ-ċiċri sħaħ, is-salvja, u ftit paprika.

Servi bil-ħobż u/jew galletti.

Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.