Menu

Timballo bl-Irkotta, Brunġiel u Gambli

Serves 3
Prep Time 25 mins
Cooking 30 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 8 Biċċiet brunġiel imqatta' mixwi
  • 1 x 250g Bott Irkotta tal-Hanini
  • 1 x 400g Bott tadam cirasa tal-Mayor (cherry tomatoes)
  • 2 Bajdiet
  • 200g Gambli frizati,imqattghin u li tnehhielhom is silg
  • 1 Mgharfa tursin imqatta
  • 100g Parmiggjan mahkuk
  • 2 Sinniet tewm,imqattghin
  • Weraq tal-habaq frisk
  • 2 Gambli kbar (king prawns ),imqaxxrin u mixwija
  • 1Mozzarella jew Ġobon
  • Ftit dqiq
  • 1 Cup Frak tal-ħobż
  • 1 Bunch Salad leaves
  • Żejt taż-żebbuġa
  • Bżar u melħ
Aqsam il-mozzarella min-nofs, u għaddiha mid-dqiq, mill-bajd u mill-frak tal-ħobż. Agħmel dan il-proċess għal darbtejn. Idlek biż-żejt 2 kontenituri tat-timballo, ferrex ftit frak tal-ħobż u poġġi l-biċċiet tal-brunġiel. Ħallat l-irkotta mal-kumplament tal-bajd, tursin, ġobon, il-gambli mqattgħin u t-tewm. Poġġi mgħarfa zalza tat-tadam u żid l-irkotta fil-wiċċ. Għatti b'biċċa brunġiel. Irrepeti l-proċess u spiċċa bil-brunġiel. Sajjar fil-forn għal 15-il minuta fuq nar moderat sakemm issir l-irkotta. Aqleb it-timballo tal-brunġiel fil-platt, flimkien mal-insalata, il-mozzarella moqlija u l-gambli l-kbar mixwija Ricetta ta’ Aceline Media

Comments are closed.