Menu

Pilaf bl-Asparagus

Serves 2
Prep Time 20 mins
Cooking 25 mins
Level low

Ingredjenti

  • 250ml Stokk tat-tigieg maghmul b'nofs mgharfa Spoon Stock
  • 200g Basal imqatta’ tal-Mayor
  • 200g Asparagus ,mqatta' bicciet zghar
  • 80g Ross tat-tip Basmati
  • 3 sinniet tewm
  • 1 Tablespoon Butter
  • Meraq ta 1/2 lumija
  • Freshly grated Hanini Gibniet Nixfin
  • Bżar mitħun frisk u melħ

Pilaf hu dixx fejn ir-ross jissajjar fl-istokk flimkien ma’ basal moqli. Xi drabi jkun fih biċċiet tal-ħaxix kif ukoll laħam. Aħsel tajjeb l-asparagus. Poġġih fuq sarvetta tal-karta biex ikompli jinxef. Saħħan ftit butir ġo taġen kbir u fond u qalli malajr il-basal u t-tewm. Żid ir-ross u qalli għal xi 2 minuti, filwaqt li tħawwad il-ħin kollu. Baxxi n-nar, żid l-istokk u kompli sajjar. Żid l-asparagus wara li r-ross ikun ilu jsir għal madwar 20 minuta. Roxx ftit bżar u melħ u ħawwad tajjeb. Kompli sajjar sakemm isir ir-ross. Ikun aħjar jekk ikollok ftit misħun għal-lest biex iżżidu fil-każ li r-ross jibda jinxef. Żid mgħarfa butir u l-meraq ta’ nofs lumija mar-ross lest. Erġa’ roxx ftit bżar u melħ jekk ikun hemm bżonn u ħawwad tajjeb. Ferrex il-ġobon maħkuk fil-wiċċ. Servi bil-flieli tal-lumi fil-ġenb tal-platt u bil-weraq tal-ispinaċi.

Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.