Menu

Pancakes Amerikani

Serves 4
Prep Time 25 mins
Cooking 30 mins
Level low

Ingredjenti

  • 200g dqiq self-raising
  • 1 ½ kuċċarina baking powder
  • 1 mgħarfa zokkor fin (caster sugar)
  • 3 bajdiet kbar
  • 25g butir maħlul, u ftit ieħor għat-tisjir
  • 200ml ħalib
  • Żejt, għat-tisjir
  • Isservi:
  • Maple syrup
  • Ingredjenti għall-wiċċ li tiggosta, bħal bejken msajjar, biċċiet taċ-ċikkulata, butir tal-karawett jew ġamm.
Ħallat flimkien id-dqiq, il-baking powder, iz-zokkor fin u niskata melħ f'kontenitur kbir. Bl-imgħarfa, agħmel ħofra fin-nofs u itfa' l-bajd, il-25g butir u l-ħalib. Ħawwad sew flimkien sakemm ikollok taħlita kremuża u poġġiha f'buqar. Saħħan ftit butir u kuċċarina żejt f'taġen li ma jweħħilx fuq nar medju. Hekk kif jisħon, ferrex it-taħlita fi ċrieki, madwar 8ċm fil-wisgħa. Ara li ma tpoġġihomx viċin wisq ta' xulxin għaliex mat-tisjir jikbru. Sajjar il-pancakes fuq naħa minnhom għal minuta jew tnejn jew sakemm tibda tara l-bżieżaq. Dawwarhom bil-kontra u sajjar għal minuta oħra fuq in-naħa l-oħra. Irrepeti l-proċess sakemm tuża t-taħlita kollha. Servi l-pancakes fuq xulxin fuq platt bi ftit maple syrup u l-ingredjenti li tiggosta.

Comments are closed.