Menu

Alexandrina’s Tart

Serves N/A
Prep Time 45 mins
Cooking 200 mins
Level medium

Ingredjenti

  • Għal għaġina:
  • 500g plain flour
  • 250g zokkor fin
  • 250g butir mingħajr melħ, kiesaħ u mqatta' f'dadi
  • Niskata melħ
  • 2 Bajdiet
  • Għal milli għandek bżonn:
  • 1kg irkotta tal-Ħanini
  • 90g ċikkulata, imqattgħa
  • 6 mgħaref zokkor fin
  • 12-il ċirasa, imqattgħa
  • 80g ġellewż, imfarrak
  • 7 mgħaref frak tal-ħobż mingħajr il-qoxra
  • 1 1/2 meraq tal-lumi u l-qoxra
  • 400ml ħalib frisk
  • 6 mgħaref zokkor fin
  • 4 Bajdiet, mħabbta
  • 1/2 cup coconut flakes
  • Ingredjenti ghall-wicc:
  • 540ml Heavy whipping cream
  • 4 Mgħaref zokkor abjad fin (caster sugar)
  • 2 tsp vanilla essence

Ingredjenti għall-għaġinaGħall-għaġina, itħan id-dqiq, iz-zokkor, il-butir u l-melħ f'food processor. Żid il-bajd imħabbat u fforma l-għaġina. Geżwirha fi cling film u poġġiha fil-friġġ għal madwar sagħtejn. pulse together the flour, sugar, butter and salt. Add the beaten eggs and form a dough. Wrap this dough in cling film and place it in the fridge for about 2 hours.

 

Ingredjenti għall-wiċċfi skutella għaffeġ l-irkotta u ħallat magħha ċ-ċikkulata, 6 mgħaref zokkor, il-ġellewż u ċ-ċiras. Fi skutella oħra ħallat il-frak tal-ħobż, il-meraq u l-qoxra tal-lumi, il-ħalib, 6 mgħaref zokkor, il-bajd u l-coconut.

 

Sabiex tagħmel it-torta,għandek bżonn 2 dixxijiet tal-kejkijiet 25ċm bi 18ċm. Aqta' l-għaġina fi tnejn u iftaħhom fuq il-bank bi ftit dqiq. Iftaħ l-għaġina biżżejjed sabiex tgħatti l-qiegħ u l-ġnub tad-dixxijiet. Taqqab il-qiegħ tal-għaġina b'furketta u poġġi ż-żewġ dixxijiet fil-friġġ għal madwar 30 minuta. Saħħan il-forn f'temperatura ta' 200C. Għatti l-qiegħ tal-għaġina u l-ġnub b'karta strazza u poġġi ftit fażola niexfa jew ross u aħmi għal madwar 12-il minuta. Neħħi l-karta strazza u l-fażola jew ir-ross u aħmi għal 8-10 minuti oħra. Neħħi mill-forn u ħallihom jiksħu ftit. Aqta' ż-żejjed tal-ġnub. Qassam it-taħlita tal-irkotta fiż-żewġ dixxijiet u ferrixhom fuq l-għaġina. Itfa' t-taħlita tal-ħobż u aħmi għal 30-40 minuta. Ħalli t-torti jiksħu għal kollox u poġġihom fil-friġġ. Għall-wiċċ, ħallat flimkien l-ingredjenti tal-wiċċ sabiex ikollok konsistenza magħquda.

 

Sabiex iżżejjen għatti l-wiċċ tat-torta bil-krema u ħalli ftit sabiex tagħmel disinn fil-wiċċ. Tista' wkoll tferrex ftit frott niexef jew ċikkulata mdewba. Żomm it-torta fil-friġġ.

Ricetta ta' Tonia Grima

Comments are closed.