Menu

Air Fryer Crispy Chilli Beef

Serves 2
Prep Time 15 mins
Cooking 15 mins
Level low

Ingredjenti

  • 250g vitella, imqattgħa biċċiet irqaq
  • 2 tbsp Corn Flour
  • 2 tbsp vegetable oil, plus a drizzle
  • 2 sinniet tewm, imfarrkin
  • Biċċa ġinġer, daqs ta' suba', imqaxxar u maqtugħ f'biċċiet irqaq
  • 1 Felfel aħmar, imqatta' rqiq
  • 1 bżaru aħmar, imqatta' f'biċċiet
  • 4 basal aħdar, mqatta' (il-partijiet il-ħodor separati mill-partijiet il-bojod)
  • 4 tbsp Pinto’s pride rice wine vinegar or white wine vinegar
  • 1 Mgħarfa Soy Sauce tal-Pinto’s Pride
  • 2 tbsp Pinto's Pride Sweet Chilli Sauce
  • 2 tbsp Mayor Ketchup
  • Ingredjenti għall-immarinar
  • ½ kuċċarina trab tal-ħames ħwawar taċ-Ċiniżi
  • 2 tsp Pinto's Pride Soy Sauce
  • 1 Kuċċarina żejt tal-ġunġlien (sesame)
  • 1 tsp Caster Sugar
L-ewwel ħallat flimkien l-ingredjenti kollha tal-immaninar fi skutella. Żid il-biċċiet tal-vitella u għaddashom sew fl-immarinar. Jekk tista', ħallih fil-friġġ għal 24 siegħa. Ferrex id-dqiq tal-qamħirrun fuq il-laħam u ħallat sew sabiex tiksi kull biċċa tal-vitella. Poġġi l-biċċiet tal-laħam fuq platt u ferrex ftit żejt fuq kull biċċa. Saħħan l-air fryer f'temperatura ta 220C. Sajjar il-laħam għal 6 minuti, dawwar il-laħam u kompli sajjar għal 4-6 minuti. Sadanittant, saħħan żewġ mgħaref żejt f'taġen fond fuq nar għoli u sajjar it-tewm, il-ġinġer, il-felfel, il-bżaru u l-abjad tal-basal twil għal 2-3 minuti sakemm jirtab il-bżaru. Attent li ma taħraqx il-ġinġer u t-tewm. Żid il-ħall, is-soy sauce, is-sweet chili u l-ketchup. Ħawwad tajjeb u kompli sajjar sakemm jibda jbaqbaq. Itfa' l-laħam fiz-zalza. Kompli sajjar għal minuta oħra u servih mal-aħdar tal-basal u ma' ftit zalza apparti.

Comments are closed.