Mussels u Għaġin bil-Coconut
Serves 2
Prep Time 30 mins
Cooking 25 mins
Level low
Ingredjenti
- 500g Mussels
- 50g Għaġin orzo
- 1 Mgħarfa butir
- 1 Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
- 1 Basla, imqattgħa fina
- 2 Sinniet tewm, maħkukin
- 1 Bżar isfar, imqatta'
- ½ Felfel, mingħajr żerriegħa u mqatta' fin (jekk trid)
- Kuċċarina melħ
- 80g Mayor Cherry Tomatoes
- ½ Kuċċarina Kunserva tat-Three Hills
- ½ Kuċċarina ħajt taż-żagħfran (saffron)
- 200g Bott coconut milk ta’ Pinto's Pride
- 1 Lumija, maqsuma min-nofs
- 3 Mgħaref żejt taċ-chili
Itfa' l-maskli f'kontenitur kbir u iksihom bl-ilma kiesaħ. Naddafhom billi tiġbed u tneħħi xi ħjut li jista' jkollhom. Neħħi dawk li jkunu magħluqin jew miksurin. Itfa' l-għaġin f'kontenitur u għattih bl-ilma jagħli. Ħallih joqgħod għal 15-il minuta u saffih mill-ilma. Sadanittant, itfa' l-butir u ż-żejt f'taġen bil-għatu u agħmlu fuq nar baxx-medju. Kif jinħall, żid il-basla, it-tewm, il-bżar isfar, iċ-chili u l-melħ. Aqli għal 8 minuti billi tħawwad spiss, sakemm il-basla u t-tewm ikunu rtabu. Tħallihomx isiru wisq. Għolli n-nar għal wieħed medju u żid it-tadam, il-kunserva u l-ħajt taż-żagħfran. Sajjar għal 2 minuti u ixħet il-ħalib tal-coconut. Ħallih itektek għal 3 minuti. Żid l-għaġin mal-istuffat u poġġi l-maskli fil-wiċċ. Għatti b'għatu u baxxi n-nar kollu. Sajjar għal 5 minuti jew sakemm il-maskli jkunu nfetħu mill-qxur tagħhom. Agħsar kemm tista' lumi u ferrex ftit żejt taċ-chili.
Ricetta ta’ Aceline Media