Għaġin bl-Ispinaċi u l-Irkotta
Serves 2
Prep Time 10 mins
Cooking 20 mins
Level low
Ingredjenti
- 175g għaġin penne ismar
- 2 mgħaref żejt
- 2 sinniet tewm, kbar u maħkukin
- 2 kurrat irqiq (160g), maqtugħ irqiq
- 250g weraq tal-ispinaċi żgħar
- 1 Irkotta friska tal-Ħanini
- 3 mgħaref ħalib
- 2 mgħaref ġobon Pekorin tal-Ħanini, maħkuk
- ¼ mgħarfa noċemuskata, maħkuka
Sajjar l-għaġin skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett, madwar 12-il minuta. Sadanittant, saħħan iż-żejt f'taġen fuq nar medju u sajjar it-tewm u l-kurrat għal 5 minuti billi tħawwad sakemm jirtabu. Żid l-ispinaċi, għattih u sajjar għal 3 minuti sakemm jinxtorob mill-ilma. Ħawwad tajjeb. Ħallat l-irkotta mal-ħalib, il-pekorin u n-noċemuskata. Saffi l-għaġin (erfa' ftit ilma mill-ilma) u żidu mat-taġen. Issa żid it-taħlita tal-irkotta u ħawwad kollox flimkien. Żid 3-4 mgħaref mill-ilma li tkun erfajt u servi.