Wraps bla Glutina bil-Laħam taċ-Ċanga u l-Felfel
Serves N/A
Prep Time 30 mins
Cooking 265 mins
Level medium
Ingredjenti
- 4 Wraps bla glutina
- 400g Ċanga (Knuckle)
- 150ml Stokk taċ-ċanga bl-istokk tal-Pinto’s Pride
- 50g BBQ sauce
- 2 Basliet, imqattgħin
- 4 Sinniet tewm
- 100g Bott fażola ħamra tal-Mayor, mingħajr ilma (red kidney beans)
- 150g Ġobon cheddar, imqatta'
- 1 Bżar aħmar (Felfel), imqatta'
- Ftit spinaċi
- Ftit kosbor, imqatta'
- 100g BBQ sauce
Idlek il-laħam fil-BBQ sauce u poġġih f'dixx tal-forn. Żid l-istokk taċ-ċanga, għattih u sajjar f'temperatura ta' 160 gradi Celsius għal 4 sigħat. Qalli ftit il-basal f'taġen flimkien mal-felfel u t-tewm. Żid il-fażola ħamra u ħawwad tajjeb. Fl-aħħar żid il-kosbor u neħħi minn fuq in-nar. Ifred il-laħam b'furketta, ħawdu mat-taħlita tal-basal u żid il-BBQ sauce. Itfa' ftit mit-taħlita fin-nofs tar-wrap, żid il-ġobon u l-ispinaċi, dawwarha u griljaha miż-żewġ naħat.
Ricetta ta’ Aceline Media